L-istorja tas-Socjeta' Filarmonika Vilhena

Minn gazzetti ta' l-epoka nafu li ghall-habta ta' l-1867 kienet ga tezisti banda Furjaniza, izda jidher li din ma kenitx il-banda tas-Socjeta Filarmonika Vilhena, ghalkemm setghet harget minnha l-istess Socjeta' li zzomm id-data ufficjali tat-twaqqif taghha bhala s-sena 1874.

L-ewwel Surmast Direttur tas-Socjeta' kien Mro. Giuseppe Borg, bin l-imsemmi Mro. Indri' l-aghma".

Socjeta' tal-banda f'Malta awtomatikament iggib maghha kazin. L-ewwel kazin tal-Banda Vilhena kien fin-naha tal-Floriana maghrufa bhala Balzunetta, ezattament f''Villa San Calcedonio' quddiem il-Gonna ta' l-Argotti. Minn hemm il-kazin kellu jimxi ghal hafna postijiet ohra fil-Floriana sakemm wasal fil-post li jokkupa llum fi Triq Sant'Anna.

L-ewwel President tal-Banda Vilhena kien in-neguzjant Baldassare Portanier.

Il-Banda Vilhena malajr stabbiliet ruhha bhala wahda mill-baned ewlenin ta' Malta u l-attivita' taghha fil-fatt ma kenitx ristretta biss ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-kamp muzikali u kellha anki kumpanija teatrali bhal ma kellhom kazini tal-baned ohra.

Tul is-snin il-Banda Vilhena kellha surmastrijiet ta' fama u fost dawn wiehed irid isemmi lit-Taljan Angelo Melilli li kien ikkompona l-'Inno Nazionale San Publio' (Innu Nazzjonali San Publio) li baqa' maghruf bhala 'l-innu ta' Melilli'. Is-surmast prezenti tas-Socjeta' huwa l-habrieki Maestro Michael Borg.

Din is-socjeta' muzikali wahdanija Furjaniza qasmet mal-bqija tal-komunita' Furjaniza it-tbatijiet u n-niket tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-kazin taghha, li dak iz-zmien kien fi Triq il-Miratur, kien iggarraf ukoll bil-hidma ta' l-ghadu bit-telf ta' oggetti prezzjuzi u hafna dokumentazzjoni li jirrakontaw l-istorja bikrija taghha. Izda bhalma rxoxtat bi tbatija il-Floriana, irxoxtat bi tbatija wkoll is-Socjeta' ewlenija taghha u ferhet mal-bqija tal-Furjanizi meta l-griehi tal-gwerra bdew jitfejqu u jghabu. Okkazjoni sinifikattiva f'dan is-sens kienet f'Awissu 1955 meta l-banda tas-Socjeta' giet mistiedna mill-Ministru Provincjal tal-Kapuccini nnifsu, Patri Pietru mill-Floriana, biex ddoqq fil-ftuh tal-Knisja gdida tal-Kapuccini, li hadet post dik mgarrfa mill-ghadu fl-1942.

Il-fatt li l-Floriana minn dejjem kienet centru ta' attivitajiet religjuzi u civili ta' natura nazzjonali assigura s-sehem tal-Banda Vilhena f'uhud minn dawn l-avvenimenti nazzjonali. Daqqet f'hafna miz-zjarat li kienu jwettqu l-monarki u rjali Inglizi ohra f'Malta fi zmien meta il-gzira kienet ghadha kolonja u f'okkazjonijiet religjuzi kbar bhall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' l-1913 li ntemm fil-Floriana, il-Festi Centinarji Kostantinjani fl-istess 1913 u l-25 Anniversarju tax-Xirka ta' l-Isem iMqaddes t'Alla fl-1953. Ghal xi snin is-Socjeta' hadet sehem ukoll fil-Karnival ta' Malta bl-ahhar partecipazzjoni tkun fl-2003.

Bl-istess mod, kienu hafna d-dinjitarji barranin u Maltin li zaru l-kazin tas-Socjeta' u fost dawn insemmu lill-Isqof ta' Viterbo, Monsinjur Antonio Maria Grasselli, l-Eminenza Tieghu il-Kardinal Teodosio Clemente de Gouveia ta' Mozambique, Monsinjur Frangisku Saverju Fenech, l-isqof Furjaniz ta' Jhansi, fl-Indja, li kien ikkonsagra s-Socjeta' lill-Qalb iMqaddsa ta' Gesu', l-Arcisqof Metropolita, Monsinjur Sir Michael Gonzi (ghal hafna drabi), l-Isqof Monsinjur Emmanuel Galea u l-Isqof t' Ghawdex Monsinjur Guzeppi Pace.

Is-socjeta Furjaniza tista' tiftahar ukoll li hija l-unika socjeta' muzikali li ghanda bhala Patrun taghha l-Arcisqof ta' Malta, tradizzjoni li nbdiet minn zmien l-Arcisqof Mikiel Gonzi. Dan huwa xieraq ghal socjeta' muzikali li taghti sehem tant qawwi fil-Festa tal-Princep u l-Ewwel Isqof ta' Malta San Publju Martri, Patrun ta' Malta u Patrun partikulari tal-Floriana wkoll. Aktar minn hekk, is-Socjeta' hija kburija li ta' kull sena jaccettaw l-istedina taghha kemm l-Arcisoqof ta' Malta kif ukoll il-President ta' Malta, l-oghla zewg karigi fl-oqsma ekklesjastici u civili, ghar-riceviment tal-Festa ta' San Publju u din l-attivita' dejjem tigbed l-interess tal-media nazzjonali.

Is-Socjeta qatt ma rrestringiet ruhha ghall-qasam muzikali biss u ghal numru ta' snin ippartecipat f'oqsma sportivi u fil-prezent ghandha wkoll timijiet tal-billiards u d-darts li jippartecipaw f'kampjonati nazzjonali tal-kategoriji taghhom, xhieda ohra ta' l-attivita' kbira li tirrenja f'dan il-kazin.

Is-Socjeta, bhala l-eqdem ghaqda civika fil-Floriana, qatt ma ttraskurat dan ir-rwol ta' 'Omm is-socjetajiet Furjanizi' u wettqet diversi inizjattivi mhux biss ghal gid tal-kazin izda anki ghall-gid tal-Floriana u tal-Furjanizi b'mod generali. Ezempju car ta' dan huwa meta hadet l-inkarigu li tifforma l-ewwel Kumitat Civiku tal-Furjana fl-1950 u l-laqghat ta' dan il-kumitat kienu jsiru fl-istess kazin tas-Socjeta'.

Il-kazin tas-Socjeta' spiss kien maghzul ukoll biex ikun c-centru ta' avvenimenti, laqghat u ricevimenti ta' importanza ghall-Floriana bhalma kienu dawk ta' Jum l-Arcipriet u z-Zjara Ufficjali fil-Floriana tal-President ta' Malta l-Professur Guido de Marco. Huwa interessanti wkoll li fis-Snin Hamsin tas-seklu l-iehor parti mill-kazin tas-Socjeta' serviet ukoll bhala skola ghal numru ta' tfal Furjanizi.

Minbarra dan, is-Socjeta' sa mill-bidunett ospitat bejn il-hitan tal-kazin taghha numru bla ghadd ta' ghaqdiet Furjanizi, ghalkemm hawn tispikka l-ospitalita' li ilha tigi estiza lil Floriana Football Club, wiehed mill-aktar clubs famuzi fil-football Malti, sa minn ghexieren ta' snin ilu u li sallum , b'xi intervall 'l hawn u 'l hemm, ghadhom jinghataw kenn fil-kazin tal-banda. It-tazzi mirbuha mill-Floriana Football Club u minn timijiet ohra Furjanizi ghadhom izejnu s-sala principali tal-kazin u fost dawn tispikka l-Cousis Shield li hija proprjeta' tas-Socjeta'.

Minhabba c-centralita' tal-Floriana, is-Socjeta' dejjem kienet imfittxija wkoll biex tikri parti mill-kazin lill-entitajiet nazzjonali u dawn kienu ta' kull generu possibbli. Lista qasira ta' dawn tixhed dan u fost dawn l-entitajiet wiehed jista' jsemmi dawn li gejjin: Banks Sports Association, Calypso Sub Aqua Club, Kumitat tal-Konkorsi Nazzjonali Annwali "Sportivi Nazzjonali tas-Sena", Malta Bus Company, Malta Chess Federation, Manchester Utd Supp. Club, Poultry Association u l-Poultry Stock Association of Malta.

Kemm ilu li twaqqaf il-Kunsill Lokali Floriana, il-banda tas-Socjeta' ta' spiss f'dawn l-ahhar snin giet imsejha mill-istess Kunsill biex tiehu sehem f'okkazjonijiet memorabbli ghall-Floriana, bhal fil-kaz ta' l-inawgurazzjoni tal-progett ta' Gnien Preziosi u z-Zjara ta' Dona Luisa Manoel de Vilhena, dixxendenta tal-Gran Mastru li ghalih hija msemmija s-Socjeta, li kkonincidiet ukoll ma' l-inawgurazzjoni tar-restawr li sar fuq il-monument ta' l-istess Gran Mastru fi Pjazza Papa Gwanni XXIII.

Ghalkemm is-Socjeta', bhal kull organizzazzjoni ohra ghaddiet minn perjodi koroh u bierda, dejjem sabet Furjanizi qalbiena, u anki whud mhux Furjanizi, li dahlu ghar-responsabbilta' li jergghu ippogguha fuq il-pedistall li jixirqilha bhala wahda mill-eqdem baned Maltin. Dawn l-ahhar snin kienu storja wahda ta' success kontinwu u dan minkejja li l-popolazzjoni tal-Floriana dejjem niezla u, f'dan is-sens, dalwaqt tkun l-izghar lokalita' f'Malta. Il-bandiera tas-Socjeta' Filarmonika Vilhena regghet bdiet tperper fil-bliet u l-irhula taghna waqt il-festi patronali taghhom. Il-kazin tkabbar b'zjieda ta' sular iehor. Is-Socjeta' tista' tiftahar ukoll li hija l-unika ghaqda muzikali f'Malta li ghandha stazzjon tar-radju taghha - Radju Vilhena - li jxandar kuljum u huwa fost l-aktar stazzjonijiet tal-komunita' popolari fil-pajjiz.

Ta' kull sena, fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta' San Publju, is-Socjeta' tippubblika programm li jkun mizghud b'taghrif kurrenti fuq l-istess Socjeta' u artikli interessanti ta' natura storika rigward il-Floriana b'mod generali.

Is-Socjeta' ghandha Fergha taz-Zghazagh li twaqqfet fl-1993 attiva u li tahdem qatigh. Tul is-snin iz-zghazagh membri ta' din il-fergha organizzaw attivitajiet ghaz-zghazagh u anki attivitajiet ohra bl-iskop li l-qligh minnhom imur ghall-bzonnijiet tas-Socjeta'. Dawn l-attivitajiet jinkludu lotteriji, discos, barbecues, ikliet u tqassim tar-rigali lit-tfal minn Father Christmas fit-toroq tal-Floriana fi zmien il-Milied. Permezz ta' dawn l-attivitajiet socjali ngibdu aktar zaghzagh lejn il-kazin u kibret il-familja tal-'Vilhena'.

Fl-2003 din il-fergha tas-Socjeta rebhet il-premju prestigjuz 'Premju ghaz-Zghazagh 'Mario Muscat' li huwa mniedi mill-Kunsill Lokali Floriana wara li fl-2001 is-Socjeta Filarmonika Vilhena inghatat l-oghla unur li jista' jinghata lil xi individwu jew ghaqda fil-Floriana, dak tat-'Tonna Trophy', unur mniedi mill-Fsobians Club.

Fil-Festa tas-sena 2005 is-Socjeta' inawgurat arkivju gdid fjamant u tul dawn l-ahhar snin bdiet tingabar l-istorja kollha mitlufa tas-Socjeta' sa minn zmien it-twaqqif taghha fl-1874. Tat bidu wkoll ghat-tizjin tal-faccata tal-kazin fil-jiem tal-festa titulari li, liema tizjin ghandu jkompli jsebbah it-triq majestuza principali ta' Malta, Triq Sant'Anna, u jkun l-ghira ta' bosta.