Is-Surmast Angelo Mellili

Direttur tal-Banda “Vilhena

 

Kitba tar-Rev. Kan. Jos. Bonello

Fit- 30 ta’ April, 1898, il-gazzettaMALTAhabbret li l-Banda tal-FurjanaVilhenaakkwistat is-servizzi tas-Surmast Mellili bhala Direttur Muzikali taghha. Min kien dan is-Surmast Mellili ?

 Lejn l-ahhar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu ghoxrin, bosta kienu dawk is-surmastrijiet tal-muzika, l-aktar Taljani, li sabu mpjieg mal-baned Maltin tadak iz-zmien. Fosthom kien hemm is-Surmast Angelo Mellil, Sqalli minn Licata (provincja taGirgento) li bejn l-1898 u l-1912 idderiega xejn anqas minn tlett baned, “ La Vilhena”  tal-Furjana, “San FilippotaHaz-Zebbug u “San Giorgio” taBormla.

Il-Furjana fi zmien is-Surmast Mellili

     Il-Furjana tazmien Mellili kienet ferm differenti mill-Furjana tallum. Is-Surmast Mellili kien Direttur tal-Banda Vilhena, 108 snin ilu, fl-1898 meta l-Furjana kienet fl-aqwa taghha. L-Arcipriet kien il-Bormliz Francesco Mallia maghruf bhalail-Mulej”, li dam imexxi l-parrocca ghal 34 sena, u kien popolari, mahbub u habib takulhadd. F’dak iz-zmien saru opri kbar fil-Knisja Parrokkjali, fosthom il-pittura tas-saqaf, il-koppla, l-altar maggur u xogholijiet ohra li sfortunatament inqerdu fl-ahhar gwerra. Il-Festa ta’ San Publju kienet fl-aqwa taghha u l-Banda Vilhena kienet ferm popolari, tant li taspiss kienet tkun mistiedna ghal-festi titulari ta Malta.

Il-kummerc kien enormi bil-hwienet kbar u sbieh fiStrada Sant’ Anna” taht il-logog. Kienu snin tad-deheb ghall-futbol tal-Furjana, b’pika kbira bejn St. George’staBormla u l-“Floriana F.C.” Din kienet il-Furjana tazmien is-Surmast Mellili. Kienu zminijiet ohra!

Il-Familja Mellili

 Is-surmast Mellili kien Direttur tawahda mill-Baned Militari Taljani. Kien mizzewweg lit-tfajla Antonietta Martinez u kellhom hamest itfal – Rosaria, Angelo, Maria, Giulia u Salvatore. Meta kien joqghod il-Furjana twieldu zewgt itfal ohra, Concetta u Graziella u meta  mar Bormla bhala Direttur, twieldu ohrajn li kollha gew imghammdin fil-Parrocca taBormla. Mellili telaq minn Malta ghal Tunez fl-14 ta’ :unju, 1912, flimkien mal-familja tieghu. Regagie Malta u dam biss gimgha, bejn it-12 u d-19 taDicembru, 1912. Miet f’Tunez nhar il-30 taAwissu, 1913.

Direttur tal-Banda Vilhena

Mellili beda l-hidma tieghu mal-Banda Vilhena 1898, u malajr sar popolari fost il-membri. Ta’ spiss kien ikun il-kazin jitkellem u jiccajta maghhom. F’Settembru 1900, Mellili dderiega l-Banda Furjaniza fil-Belt taSirakuza, fejn il-Banda ghamlet programm muzikali fil-Pjazza tal-belt. Baqajissemma l-programm famuz li sar l-Argotti l-Furjana fl-1 ta’ April, 1905, meta fost entuzjazmu kbir offrewlu rigal sabih u bukkett fjuri. F’dan iz-zmien kiteb hafna marci l-aktar funebri ghall-istess banda, u sarInnu :did ta’ San Publjuli kemm-il darba ndaqq, flok l-Innu famuzInno Nazionale a Sna Publiota’ Ricardo Bugeja bi kliem ta’ Antonio Agius. Fi zmienu l-banda ghamlet progress kbir, u kienet maghrufa ghall-programmi sbieh li kienu jsiru, f’diversi postijiet f’Malta.

Direttur tal-Banda “San FilippotaHaz-Zebbug

Mitt sena ilu, wahda  mill-baned popolari taMalta kienet “San FilippotaHaz-Zebbug. Din il-banda minn dejjem kellha surmastrijiet maghrufa, fosthom kien hemm id-direttur taghha s-Surmast Angelo Mellili. Dan beda l-hidma tieghu mal-banda nhar il-Hadd 19 taNovembru 1905, meta sar programm famuz fil-Pjazza tar-Rahal. Kiteb sinfonija u marci ghall-banda, zgur izda l-aktar xogzol kbir tiegzu huwaInno San Fillipo  d’Aggirali gzadu jindaqq sal-lum. Mellili kien mahbub mill-membri tal-Kazin San Fillipu fejn taspiss kien joqghod jitkellem u jiccajta maghhom. Dan iz-zmien sar progress kbir fil-Banda meta Mellili kellu hafna zaghzagh jitghallmu l-muzika.

Direttur tal-Banda “San GorgtaBormla

Mellili kellu wkoll id-direzzjoni muzikali tal-Banda “San GiogiotaBormla. Kien iz-zmien , 100 sena ilu, meta Bormla  saru Festi Kbar tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Kor tal-Parrocca. Ghalhekk Mellili kellu cans tajjeb li juri l-kapacitatieghu bhala muzicist famuz. Huwa dderiega l-Banda meta wasal Malta l-Kardinal Ferrata biex jinkuruna l-Madonna. Idderiega ukoll meta saret l-inawgurazzjoni ta’ l-istatwa taMarija Immakulata fil-Portiku tal-Knisja ta’ Santa Margerita, meta ndaqq l-ewwel darba f’Malta “Si Levi a Maria”.

Fl-1903, il-Banda taBormla, giet mistiedna fil-Belt taSirakusa, fejn daqqet Programm b’success kbir, tant ligazzetti ta’ din il-Belt fahhru hafna l-Banda taBormla  darbtejn fit 23 u 24 taAwissu, 1903. Mellili dam mal-Banda  Bormliza sakemm minhabba sahhtu gie biex jitlaq min Malta 1912, izda qabel telaq halla bhala wirt u tifkira l-bakketta li biha s-Surmast Mellili mexxa l-Banda  ghal hdax-il sena.

Gheluq

Is-Surmast Mellili jibqamaghruf fostna l-aktar ghal-Marci Funebri tieghu li ghadhom jindaqqu fil-granet tal-Gimgha l-Kbira. Zgur li l-isbah marci funebri tieghu humaCipresso”, “Venerdi’ Santo”, Misto Ricardo”,’L-Ultima Caduta” u “In Memoria del Marchese Barbaro di San Giorgio”. F’Haz-Zebbug Malta, ssemmiet triq ghal dan il-bravu Surmast u Kompozitur.